Hi u tindirizza s-Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-President Roberta Metsola qalet li l-Laqgħa Informali dwar Ċipru li saret f’Ġinevra mmarkat pass importanti lejn ir-riunifikazzjoni ta’ Ċipru. Qalet li issa rridu naħtfu dan il-momentum u nittrasformaw l-opportunità f’tama.
Il-laqgħa informali dwar Ċipru, li saret Marzu li għadda f’Ġinevra, għamlet pass importanti lejn ir-riunifikazzjoni tal-gżira.
L-appoġġ ta’ dan il-Parlament għall-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Uniti jibqa’ sod għax nafu li d-djalogu u d-diplomazija huma l-unika triq għal soluzzjoni dejjiema.
Nibqgħu impenjati fl-appoġġ tagħna lil Ċipru rigward il-perkors tiegħu lejn ir-riunifikazzjoni. Dan kien il-messaġġ tiegħi lill-President Christodoulides meta lqajtu fil-Parlament u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Guterres meta ltqajna Brussell.
Issa jeħtiġilna nisfruttaw dan ir-ritmu biex din l-opportunità ndawruha f’tama. L-Ewropa se tibqa’ dejjem spalla ma’ spalla ma’ Ċipru aħna u nfittxu soluzzjonijiet għall-futur.
It-triq lejn ir-riunifikazzjoni mhijiex waħda faċli, iżda hija waħda li se nimxuha flimkien, bil-paċenzja, bil-perseveranza u konxji tal-fatt li l-ġenerazzjoni tagħna tista’ tkun dik li ssib soluzzjoni għall-futur.
Grazzi.