María Corina Machado u l-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezweli kollha li qed jiġġieldu biex jirrestawraw il-libertà u d-demokrazija, huma r-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2024  

 

María Corina Machado u l-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezweli kollha li qed jiġġieldu biex jirrestawraw il-libertà u d-demokrazija, huma r-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2024  

Strasburgu  
 
 

Ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2024 għal-Libertà tal-Ħsieb huma María Corina Machado, bħala mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela u l-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezweljani kollha ġewwa u barra l-pajjiż li qed jiġġieldu biex jirrestawraw il-libertà u d-demokrazija;

       

Għeżież kollegi, 

Huwa privileġġ għalija nħabbar li l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-2024 ingħata lil María Corina Machado, il-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha fil-pajjiż u barra mill-pajjiż u li qegħdin jiġġieldu biex jerġgħu jiġu stabbiliti l-libertà u d-demokrazija.

Quddiem din l-inġustizzja, Edmundo u María komplew jiġġieldu għat-tranżizzjoni ġusta, libera u paċifika tal-poter u ddefendew bla biża’ dawk il-valuri tant għal qalb miljuni ta’ Venezwelani u dan il-Parlament: il-ġustizzja, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. 
 
Dan il-Parlament jappoġġja lill-poplu tal-Venezwela, lil María u lil Edmundo fil-ġlieda tagħhom favur il-futur demokratiku ta’ pajjiżhom. Dan il-premju huwa għalihom. U aħna fiduċjużi li l-Venezwela u d-demokrazija, fl-aħħar mill-aħħar, se joħorġu rebbieħa. 

Nixtieq ukoll nesprimi l-appoġġ sinċier ta’ din il-Kamra lill-finalisti l-oħra tal-Premju Sakharov: il-moviment Iżraeljan u dak Palestinjan Women Wage Peace u Women of the Sun, u l-akkademiku u attivist kontra l-korruzzjoni tal-Ażerbajġan, id-Dott. Gubad Ibadoghlu. Ilkoll kemm huma qegħdin jiddefendu b’kuraġġ id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-ħsieb quddiem sfidi inimmaġinabbli. 

Naqsam magħkom ukoll l-aħbar traġika li bħalissa saħħet id-Dott. Gubad Ibadoghlu sejra għall-agħar b’mod sinifikanti. Qiegħed jinżamm taħt arrest domiċiljari wara d-detenzjoni arbitrarja tiegħu. Naħtaf din l-opportunità biex nagħmel appell lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan biex iwaqqgħu l-akkużi kollha kontra d-Dott. Ibadoghlu u jneħħu l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar imposta fuqu.