Kap tal-Kabinett ġdid għall-President tal-Parlament Ewropew  

 

Kap tal-Kabinett ġdid għall-President tal-Parlament Ewropew  

Brussell  
 
 

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lil Matthew Tabone bħala l-kap tal-uffiċċju tagħha bħal President tal-Istituzzjoni.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lil Matthew Tabone bħala l-kap tal-uffiċċju tagħha bħal President tal-Istituzzjoni.

Is-Sur Tabone beda jaħdem fil-Parlament Ewropew fl-2013 bħala l-kap tal-uffiċċju tal-President Metsola bħala MEP. Hu kien part mill-kabinett tagħha bħala Kap tal-Uffiċċju Privat u r-Relazzjonijiet Pubbliċi sa mill-elezzjoni tagħha bħala President.

Fl-aħħar snin, is-Sur Tabone mexxa timijiet differenti fi ħdan il-Kabinett, fejn fost l-oħra mexxa r-riforma tat-trasparenza u kellu l-inkarigu  li jikkordina l-involviment tal-President mal-pubbliku Ewropew qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju li għadda.

Is-Sur Tabone ħa post Leticia Zuleta De Reales Ansaldo, li saret id-Direttur tar-Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew.