Il-Parlament huwa impenjat għal-leġiżlazzjoni b'saħħitha li tipproteġi lill-ġurnalisti  

 

Il-Parlament huwa impenjat għal-leġiżlazzjoni b'saħħitha li tipproteġi lill-ġurnalisti  

Strasburgu  
 
 

100 jum mid-detenzjoni illegali fir-Russja tal-ġurnalist tal-Wall Street Journal Evan Gershkovich u 300 ġimgħa mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament Ewropew huwa impenjat għal-leġiżlazzjoni b'saħħitha li tipproteġi lill-ġurnalisti.

       

Għaddew ukoll 100 ġurnata mid-detenzjoni illegali fir-Russja tal-ġurnalist ta’ The Wall Street Journal, Evan Gershkovich. Kif għamilna minn mindu ġie arrestat, ippermettuli ntenni għal darb’oħra s-solidarjetà, l-appoġġ u d-determinazzjoni tagħna biex jinħeles minnufih.

Fil-ġranet li ġejjin, se jkunu għaddew ukoll 300 ġimgħa mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Din il-Kamra se tkompli tagħmel appell biex issir ġustizzja. 

Jirrikjedi kuraġġ li tkun ġurnalist, iżda dan il-Parlament huwa impenjat li jiżgura li jkollna fis-seħħ il-leġiżlazzjoni t-tajba biex naċċertaw li l-persuni ma jkunux mġiegħla jkunu kuraġġjużi biex ikunu ġurnalisti. Dak hu l-impenn tagħna.