Il-Parlament ifakkar il-vittmi tal-ħabta traġika tal-ferrovija fil-Greċja
Għeżież kollegi,
Sentejn ilu, fit-28 ta’ Frar 2023, f’Tempi, il-Greċja, inċident ferrovjarju traġiku ħasad ħajjet 57 persuna u darab ferm aktar. Illum infakkru anniversarju ikrah hekk kif ħsibijietna jmorru għall-vittmi, għal dawk li tilfu lill-għeżież tagħhom u lill-feruti li għadhom iħossu l-ġrieħi ta’ dakinhar.
Il-Kamra tiftakar fihom u tagħtihom ġieħ.