Sittax-il sena ta' sħubija fl-UE kienu trasformattivi għall-Bulgarija u għall-Ewropa  

 

Sittax-il sena ta' sħubija fl-UE kienu trasformattivi għall-Bulgarija u għall-Ewropa  

Strasburgu  
 
 

Hi u tiftaħ id-dibattitu Din hija l-Ewropa mal-Prim Ministru tal-Bulgarija Nikolay Denkov, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Ewropa hija aktar b’saħħitha grazzi għall-Bulgarija, u se tkun aktar b’saħħitha meta l-Bulgarija tingħaqad maż-żona Ewro u fiż-żona Schengen.

       

Għeżież kollegi,

Magħna llum għandna lill-Prim Ministru tal-Bulgarija, Nikolay Denkov.
Prim Ministru, merħba fil-Parlament Ewropew. Grazzi talli tinsab magħna. U merħba speċjali tmur ukoll lil Mariya Gabriel, il-Viċi Prim Ministru li, f’din il-Kamra, nafuha sew. 

Prim Ministru, din hija l-ewwel darba li tinsab hawn minn mindu rajna l-konklużjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni kritika tal-Gvern fil-Bulgarija, li fl-aħħar irnexxielha toħroġ mill-isqaq politiku u tat lill-Bulgarija perspettiva, stabbiltà u prospettivi importanti Ewropej – u għal dan aħna grati. 

Sittax-il sena ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea kellhom effetti trasformattivi għall-Bulgarija u għall-Ewropa. Tat spinta ġdida lin-negozji, lill-industrija, lix-xjenza u lit-teknoloġija.  Ħolqot opportunitajiet ġodda lill-persuni, u b’mod speċjali liż-żgħażagħ. Ġabet magħha aktar benefiċċji u riformi soċjali u ġudizzjarji. 

Għax adeżjoni mal-UE tippromwovi l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. U fi żminijiet ta’ bidla ġeopolitika, dawn il-valuri Ewropej iridu jiġu mħarsa. 

Għażiż Prim Ministru, nixtieq nirringrazzja b’mod partikolari lill-Bulgarija għall-appoġġ li tat lill-Ukrajna, talli pprovdiet għajnuna militari, talli tat appoġġ politiku.

L-Ewropa hija aktar b’saħħitha bis-saħħa tal-Bulgarija u tal-gvern tagħha, u se tkun aktar b’saħħitha meta tingħaqad fiż-żona tal-euro u fl-aħħar tieħu postha bi dritt fiż-żona Schengen.
 
F’Ġunju li jmiss, 6.8 miljun Bulgaru u Bulgara se jiġu msejħa jagħżlu s-17-il Membru elett tal-Parlament Ewropew li se jirrappreżentawhom hawnhekk. Jeħtiġilna naħdmu flimkien biex niżguraw li n-nies jifhmu għaliex għandhom jivvotaw – għaliex huwa importanti li jagħmlu dan. Il-vuċi tagħhom tgħodd għall-Unjoni Ewropea u għall-futur tal-Bulgarija u jeħtiġilna nibqgħu nisimgħu u niksbu riżultati. 

Prim Ministru, nagħtik il-kelma.