Dalgħodu, il-Parlament Ewropew fakkar fil-vittmi tal-bumbardament tal-isptar Al-Ahli Arabi Baptist f’Gaża. Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ddeskrivietu bħala orribbli u inġustifikabbli.
Bonġu lil kulħadd.
Iltqajna hawn illum biex niddiskutu l-attentat terroristiku li wettaq Ħamas f’Iżrael u l-kriżi umanitarja f’Gaża.
Waqt il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tal-bieraħ li għaliha attendew il-mexxejja tal-UE, l-isptar Al-Ahli Arabi Baptist ta’ Gaża ġie bbumbardjat u mijiet ta’ nies innoċenti tilfu ħajjithom.
Li jinqered sptar hija xi ħaġa tal-waħx u inġustifikata u jeħtiġilna niżguraw li nkomplu nixħtu dawl fuq dak li ġara. Hekk kif it-traġedja fil-Lvant Nofsani tkompli tiżvolġi, għal darb’oħra, huma n-nies innoċenti li jkollhom iħallsu l-ogħla prezz.
Jeħtiġilna nibqgħu nkunu ċari: il-protezzjoni tal-ħajja taċ-ċivili trid tibqa’ prijorità. Ma nistgħux ninsew il-konsegwenzi umanitarji. Dan dejjem kien il-messaġġ fundamentali tagħna.
Din il-Kamra tfakkar il-vittmi filwaqt li nkomplu ninsistu fuq soluzzjoni għar-reġjun.