L-abbozz il-ġdid fl-Uganda jimmina d-drittijiet tan-nies 

 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja, il-President tal-Parlament Ewropew qalet li l-abbozz ta’ liġi l-ġdid kontra l-omosesswalità fl-Uganda huwa ta’ tħassib u jimmina d-drittijiet tan-nies.

Kollegi, l-Intergrupp LGBTI tagħna qajjem din il-kwistjoni filwaqt li jien intlabt minn diversi membri biex nerġa’ nqajjem il-kwistjoni tal-hekk imsejjaħ abbozz ta’ liġi ġdid kontra l-omosesswalità fl-Uganda. 

L-abbozz ta’ liġi jinkludi l-piena tal-mewt għal “omosesswalità aggravata”. Dan l-abbozz ta' liġi jikkriminalizza l-edukazzjoni sesswali għall-komunità omosesswali u jagħmilha illegali li persuna ma tesponix dawk li skontu huma awturi ta’ omosesswalità aggravata lill-pulizija.  

Dan huwa inkwetanti ħafna u jimmina d-drittijiet tan-nies fl-Uganda. 

Dan il-Parlament irriafferma kemm ’il darba li n-nies għandhom jitħallew jgħixu kif jixtiequ jgħixu, ikunu min jixtiequ jkunu, u jħobbu kif jixtiequ jħobbu. 

Nixtieq nuri s-solidarjetà tiegħi u dik ta’ dan il-Parlament man-nies fl-Uganda u ntenni dak li nafu li huwa minnu: li fl-aħħar mill-aħħar, l-imħabba tirbaħ żgur.