F’għeluq l-10 anniversarju mill-waqgħa tal-binja Rana Plaza fil-Bangladesh, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-kollass fetaħ għajnejn id-dinja tal-Punent.
Għaxar snin ilu, fir-rebbiegħa tal-2013, iġġarraf bini kummerċjali ta’ tmien sulari jismu Rana Plaza fil-Bangladesh. Iġġarrfu eluf ta’ tunnellati ta’ metall u mietu 1,134 persuna.
Mijiet ta’ ħajjiet. Ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-ħwejjeġ. Ħaddiema tal-fabbriki. L-aktar nisa, li sigħat biss qabel kienu pprotestaw dwar in-nuqqas ta’ sikurezza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, qabel ma ġew infurmati biex jerġgħu lura għax-xogħol.
It-tiġrif ta’ Rana Plaza fil-Bangladesh serva ta’ twissija għad-dinja tal-Punent.
Għaxar snin wara, nixtieq nagħti l-kelma lil rawnd ta’ kelliema biex jitkellmu dwar it-tagħlimiet meħuda. U dwar dak li għamlet l-Unjoni Ewropea biex tieħu r-responsabbiltà tal-konsegwenzi tal-preferenzi tal-konsumaturi għall-abbundanza u għal dak li jaqbel għall-buthom qabel il-moderazzjoni u s-sostenibbiltà.
Għax hawnhekk għandna responsabbiltà.