Id-dinja qed tinbidel u l-Ewropa trid tadatta u tinbidel magħha 

 

Hi u tiftaħ id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea trid tkompli tirriforma. "Irridu nibqgħu nistinkaw biex l-Ewropa tagħna ssir post ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet, ta' aċċess, ta' prosperità, fejn kulħadd jista' jilħaq il-potenzjal tiegħu."

Għeżież kollegi.

Huwa pjaċir kbir tiegħi nilqa’ lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fil-Parlament Ewropew tagħna għad-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea. 

Matul dawn l-aħħar snin, għelibna kriżi finanzjarja u pandemija. Għaddejna mill-Brexit u sibna modi ġodda biex nibqgħu mixjin ’il quddiem. Żammejna sod kontra l-invażjoni illegali u brutali tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja u ma ċedejniex. Qegħdin nindirizzaw l-emerġenza klimatika, inqtajna mill-enerġija tossika Russa u qegħidna l-pedamenti għas-snin li ġejjin.  

Illum, l-Unjoni Ewropea hija aktar b’saħħitha u aktar magħquda milli qatt kienet. 

Id-dinja qed tinbidel u l-Ewropa trid tadatta ruħha u tinbidel magħha wkoll. Jeħtiġilna nirsistu biex lill-Ewropa tagħna nagħmluha post ta’ ugwaljanza, ta’ opportunità, ta’ aċċess, ta’ prosperità – post fejn kulħadd jista’ jilħaq il-potenzjal tiegħu. Jeħtiġilna nkomplu nagħmlu r-riformi. 

Ksibna ħafna suċċessi iżda, minkejja dan, wisq nies fl-Unjoni kollha tagħna xorta qed isibu diffikultajiet quddiemhom, wisq nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli inġusti, wisq żgħażagħ għadhom qed jaffrontaw futur inċert. Hemm bżonn inżommu dak li jinkwieta lill-poplu tagħna fil-qalba ta’ azzjonijietna. 

U biex nissottolinjaw il-mod kif se nagħmlu dan, huwa tassew pjaċir tiegħi nippreżenta lill-President tal-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel id-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni 2023 li, għall-ewwel darba, bi kburija kbira ngħid, se jixxandar bil-lingwa internazzjonali tas-sinjali.

Grazzi.