Se nkomplu nappoġġjaw mal-Ukrajna għal kemm hemm bżonn 

 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola mmarkat 500 jum mill-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna billi tenniet l-appoġġ tal-Parlament Ewropew lill-Ukrajna.

Kollegi, 

Dan il-weekend għaddew 500 ġurnata minn mindu bdiet l-invażjoni Russa fuq skala kbira tal-Ukrajna.

500 ġurnata ilha l-Ukrajna tegħleb id-diffikultajiet. 500 ġurnata ilhom l-Ukreni jkunu ispirazzjoni għad-dinja. 500 ġurnata ilhom l-Ewropa u d-dinja demokratika magħqudin bħalma ġara ftit drabi oħra fl-istorja. 

Irrid ngħid kemm jien kburija li l-Parlament Ewropew tagħna waqaf mal-Ukrajna u mal-poplu tagħha sa mill-bidu nett. Li din il-Kamra kienet minn tal-ewwel li għamlet appelli biex l-Ukrajna tingħata status ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE. Li l-Parlament tagħna ppromwova l-impetu politiku favur l-appoġġ umanitarju, militari u finanzjarju. Li meta l-Ukrajna kellha bżonna biex ngħinuha takkwista ġeneraturi, il-kampanja pan-Ewropea “Ġeneraturi ta’ Tama” tagħna fornitilha tisħin u dawl. Li għal dak li għandu x’jaqsam mal-leġiżlazzjoni, il-ftehimiet li ksibna mal-Kunsill dwar l-akkwist konġunt fid-difiża u l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon se jagħmlu differenza ta’ vera – u fuq dan il-punt ippermettuli nirringrazzja lil dawk kollha involuti f’dawn il-fajls kritiċi. 

U allura ppermettuli ntenni: dan il-Parlament, l-Unjoni Ewropea tagħna, se jkomplu jieqfu spalla ma’ spalla mal-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna sakemm ikun hemm bżonn. 

Għall-Ukrajna. Għall-Ewropa. Għad-demokrazija. Biex il-libertà toħroġ rebbieħa.