Aħna se ngħinu lin-nies tal-Emilia Romagna biex jerġgħu jibnu 

 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-għargħar fl-Emilia-Romagna ħareġ l-aqwa element tan-nies. "Aħna ngħinukom tibnu mill-ġdid," qalet.

Ftit ġimgħat ilu, l-Ewropa esperjenzat diversi għargħar li laqtgħu ħażin ħafna lir-reġjun tal-Emilia-Romagna.

Mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u aktar minn 30,000 oħra kellhom jitilqu minn djarhom. 

L-istess ammont ta’ xita li normalment jinżel f’seba’ xhur, niżel f’ġimagħtejn, bir-riżultat li faru tlieta u għoxrin xmara fir-reġjun kollu. F’din iż-żona, 400 uqigħ tal-art u 43 muniċipalità ġew mgħarrqa. Saru ħsarat kbar lid-djar, lill-agrikoltura, lill-industrija u lill-infrastruttura. 

Iżda minn dan iż-żmien ikrah, ħareġ is-sabiħ tal-persuni. Rajna li l-ewwel ħaddiema tas-salvataġġ irriskjaw kollox għal xi ħadd li ma jafux, ġirien jgħinu lil xulxin. 

L-Unjoni Ewropea attivat il-Mekkaniżmu tagħha għall-Protezzjoni Ċivili. L-Italja ser titlob il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. 

Ir-rispons tagħna mhux se jieqaf u se jkun dejjem aktar b’saħħtu. U għal darb’oħra lill-poplu tal-Emilia-Romagna ngħidilhom: aħna magħkom, se nkunu magħkom u se ngħinukom tibnu mill-ġdid. Għax intom l-Ewropa.