Il-ħajja Lhudija tappartjeni fl-Ewropa u l-Ewropa dejjem se tiddefendiha  

 

Il-ħajja Lhudija tappartjeni fl-Ewropa u l-Ewropa dejjem se tiddefendiha  

Strasburgu  
 
 

Il-President Roberta Metsola qalet li l-ħsibijiet tagħna huma man-nies ta’ Liège u mal-komunità Lhudija kollha tal-Belġju, wara l-isplużjoni barra sinagoga f’Liège.

       

Għeżież kollegi,
 
Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, il-belt ta’ Liège, fil-Belġju, stenbħet bi splużjoni li ġrat barra minn sinagoga. Fortunatament ħadd ma korra, iżda l-intenzjoni antisemita wara ġest bħal dan hija inekwivokabbli.
 
Ħsibijietna jmorru lejn il-popolazzjoni ta’ Liège u l-komunità Lhudija kollha tal-Belġju. Naf li l-awtoritajiet Belġjani se jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja.
 
Iżda l-Ewropa jeħtiġilha tkun post fejn il-Lhud jistgħu jgħixu apertament, liberament u mingħajr biża’. Fejn sinagoga tkun dar tat-talb u tal-komunità, mhux bersall. 
 
Kif ilkoll tafu, din il-Kamra tieħu b’serjetà kbira din ir-responsabbiltà. U qed naġixxu biex niġġieldu l-antisemitiżmu u l-mibegħda reliġjuża, biex nipproteġu l-ħajja Lhudija u biex naffrontaw il-mibegħda tkun fejn tkun.
 
Il-ħajja Lhudija hija parti mill-Ewropa, u l-Ewropa se tiddefendiha dejjem.