Il-Parlament jappoġġja lill-Portugall wara l-inċident traġiku tal-funikular Elevador da Glória  

 

Il-Parlament jappoġġja lill-Portugall wara l-inċident traġiku tal-funikular Elevador da Glória  

Strasburgu  
 
 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola esprimiet il-kondoljanzi tal-Parlament lill-poplu tal-Portugall wara l-inċident traġiku tal-funikular Elevador da Glória.

       

Nhar l-Erbgħa li għadda nħsadna meta sirna nafu b’niket bid-deraljament traġiku tal-funikular Elevador da Glória f’Liżbona, li ħalla 16-il persuna mejta u 23 midruba. Nesprimu l-kondoljanzi tagħna lil dawk il-familji li qed jibku telf inimmaġinabbli u, lil dawk kollha li qed ifiqu, nixtiqulhom is-saħħa. Dan il-Parlament jieqaf mal-Portugall u mal-Ewropa kollha f’dan iż-żmien ta’ luttu.