Fil-ftuħ tas-sessjoni plenarja fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament jilqa’ l-ħelsien ta’ Dr Gubad Ibadoghlu u jappella biex l-akkużi kollha kontrih jitwaqqgħu.
Għeżież kollegi,
Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2026 id-Dott. Gubad Ibadoghlu, finalista tal-Premju Sakharov, wasal il-Ġermanja b’ajruplan mill-Ażerbajġan wara li kien ilu aktar minn tliet snin imċaħħad mil-libertà.
Dan il-Parlament ilu żmien twil iħabrek għall-ħelsien tiegħu u nilqgħu dan l-iżvilupp, li se jippermettilu jirċievi l-kuri mediċi li għandu bżonn b’urġenza u li jagħti ftit nifs lill-għeżież tiegħu.
F’isem il-Parlament Ewropew, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li għenu biex dan ikun possibbli, b’mod partikolari lill-Ġermanja għar-rwol li żvolġiet biex tiżgura l-ħelsien tiegħu, biex b’hekk jerġa’ jingħaqad ma’ familtu u biex tagħtih il-kuri li għandu bżonn b’urġenza.
Meta, f’Diċembru 2024, il-membri tal-familja tad-Dott. Ibadoghlu ngħaqdu magħna f’din il-Kamra, serraħtilhom rashom mis-solidarjetà inkundizzjonata tal-Parlament Ewropew. Intennu dak l-impenn u nibqgħu nitolbu li jiġu rtirati l-akkużi kollha.
Din il-Kamra se tkompli tappoġġjah.