Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Strasburgu, il-President Roberta Metsola laqgħet il-fatt li r-Rebbieħ tal-Premju Sakharov Andrzej Poczobut inħeles mill-ħabs fil-Belarus u ħabbret li l-Parlament se jilqgħu f'Ġunju.
Din il-Kamra bi pjaċir tħabbar li Andrzej Poczobut, rebbieħ tal-Premju Sakharov u ġurnalist kuraġġuż, inħeles mill-ħabs fil-Belarussja ftit ġimgħat ilu u issa wasal qawwi u sħiħ il-Polonja. Nilqgħu l-ħelsien tiegħu u nifirħu lill-familja, lis-servizzi u lil kull min kien involut biex dan iseħħ. Aħna u niċċelebraw dan il-mument, niftakru wkoll fil-ħafna priġunieri politiċi fid-dinja kollha li għadhom impriġunati intortament. Dan il-Parlament mhuwiex se jieqaf isemma’ leħnu favurihom u favur dawk kollha li jiddefendu l-libertà quddiem l-oppressjoni. Se nilqgħu lis-Sur Poczobut f’din il-Kamra fis-sessjoni li jmiss ta’ Ġunju.