Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wasslet il-kondoljanzi tagħha u tal-Parlament lill-qraba u l-ħbieb tal-vittmi tal-isparaturi fis-Serbja.
Għeżież kollegi, il-ġimgħa l-oħra rajna żewġ sparaturi fatali, waħda wara l-oħra, fis-Serbja. L-awturi ta’ dawn l-attakki indiskriminati għandhom jagħtu kont ta’ għemilhom quddiem il-ġustizzja.
Il-Parlament Ewropew jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tal-vittmi kollha, li ħafna minnhom kienu biss tfal. Ħsibijietna jibqgħu mal-familji ta’ dawk maqtula u ma’ dawk midruba u nitlobkom tqumu bilwieqfa għal mument ta’ silenzju biex nikkommemoraw lil dawk lil tlifna.