Qabel minuta silenzju ad unur il-vittmi tal-attakki f’Graz u Nogent, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-iskejjel għandhom jibqgħu spazji siguri ta’ tagħlim, u mhux ta’ biża’.
Il-ġimgħa li għaddiet, sirna nafu bl-isparatura tal-waħx fi skola fi Graz, fejn ex student qatel għaxar studenti u membri tal-persunal u darab b’mod gravi lil bosta oħrajn. Dan kien att ta’ vjolenza assurd li ħasad bil-kbir lill-Awstrija u lill-Ewropa kollha kemm hi.
Ħsibijietna jmorru lejn il-vittmi, il-familji tagħhom u l-komunità skolastika kollha. Noffru l-appoġġ tagħna lil kulħadd fl-Awstrija f’dan il-mument terribbli.
Dakinhar stess, sirna nafu b’attakk brutali ieħor: assistenta għalliema, ta’ 31 sena, sfat vittma ta’ attakk letali b’sikkina barra minn skola f’Nogent, fi Franza.
Il-vittma u l-familja tagħha jinsabu fi ħsibijietna.
Il-vjolenza u l-mibegħda mhux posthom fl-Ewropa u mhux posthom fl-iskejjel tagħna. L-iskejjel iridu jibqgħu spazji siguri fejn titgħallem u tikber u qatt fejn tibża’.
Issa nistedinkom tingħaqdu miegħi f’minuta silenzju f’ġieħ il-vittmi u dawk kollha kkonċernati.