100 sena mit-twelid ta’ Rocco Chinnici u 85 sena mit-twelid ta’ Paolo Borsellino, il-Parlament Ewropew onora l-memorja tagħhom.
Onorevoli Membri kollegi,
Għaddew 100 sena mit-twelid ta’ Rocco Chinnici u 85 sena mit-twelid ta’ Paolo Borsellino.
Il-kuraġġ bla qies tagħhom fil-ġlieda kontra l-mafja u t-tenaċità tagħhom fid-difiża tal-istat tad-dritt għadhom jispiraw sal-lum – fl-Italja u madwar l-Ewropa kollha.
Magħkom, f’dil-Kamra, nixtieq nonora l-memorja tagħhom u dik ta’ dawk kollha li taw kollox biex inkunu nistgħu ngħixu f’soċjetà aktar ġusta, aktar sikura u aktar ħielsa.