Id-9 ta’ Novembru jibqa’ mfakkar bħala simboliku fl-istorja Ewropea  

 

Id-9 ta’ Novembru jibqa’ mfakkar bħala simboliku fl-istorja Ewropea  

Brussell  
 
 

Fid-diskors tal-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Brussell, il-President tal-Parlament Ewropew rreferiet għal żewġ avvenimenti li seħħew fid-9 ta’ Novembru: Kristall Nacht u l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin.

       

© L-Unjoni Ewropea | Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tindirizza s-sessjoni plenarja fi Brussell

Id-9 ta' Novembru jibqa' mfakkar bħala data simbolika fl-istorja Ewropea.

84 sena ilu, l-Ewropa għexet wieħed mill-aktar mumenti koroh tagħha. Iżda fl-istess ġurnata – 51 sena wara, fl-1989 – għaddejna minn wieħed mill-aktar mumenti sbieħ fl-istorja reċenti tagħna.

Din il-ġimgħa għamilt żjara Auschwitz-Birkenau. Post kwiet fid-dinja li kien teatru tal-agħar delitti li qatt ra l-bniedem.

Għaddew 84 sena mil-Lejl tal-Kristalli. Iżda minkejja l-isforzi li saru f'għexieren ta' snin, għadna ma għamilniex biżżejjed biex ma nibqgħux nitfgħu t-tort fuq ħaddieħor u biex id-diskriminazzjoni tieqaf. Għadna ma għamilniex biżżejjed biex kull ċittadin fl-Ewropa ma jibżax ikun dak li hu. U llum, ippermettuli ntenni l-impenn tagħna biex niġġieldu kontra l-mibegħda, ngħallmu t-tolleranza u r-rispett, negħlbu l-antisemitiżmu u nibqgħu niftakru dejjem.

L-element li jikkaratterizza l-Unjoni Ewropea huwa l-qlubija, il-kuraġġ politiku tan-nisa u tal-irġiel li warrbu l-firda u ġġieldu għall-għaqda, għal-libertà.  Dan hu dak li rajna 33 sena ilu bil-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin. Fissret tama. Fissret libertà. Tat il-possibbiltà lil 150 miljun ruħ jgħixu f'demokrazija. U essenzjalment, ikkontribwiet għar-rikonċiljazzjoni u għall-għaqda fl-Ewropa.

Jeħtiġilna ma mmorru qatt lura għal firda fil-kontinent. L-Ewropa tagħna hija post fejn ngħixu flimkien, magħqudin. Ewropa ta' paċi. Ewropa ta' tama. Ewropa li fiha l-ħitan inħottuhom.