Il-President Metsola rreferiet għall-qtil ta’ pulizija fi Brussell waqt li kien qed jaqdi dmiru. Hi qalet li dan l-attakk hu wieħed personali għall-Parlament Ewropew.
L-attakk fuq żewġ pulizija fi Brussell, li qatel wieħed minnhom u darab lill-ieħor, ifakkarna fir-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom kuljum il-korpi tal-pulizija tagħna. Jeħtiġilna nibqgħu għassa għat-theddid għas-sigurtà interna tagħna. Il-Parlament Ewropew tant jaħdem f'kuntatt mill-qrib mal-Pulizija Belġjana li huwa diffiċli biex dak li ġara li jinħassx fuq livell personali. Ħsibijietna jmorru lill-familji tal-vittmi.