Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tat ġieħ lill-memorja u l-wirt tal-għalliem Franċiż Samuel Paty li nqatel fis-16 ta' Ottubru. "Kien il-personifikazzjoni tal-valuri u l-libertajiet Ewropej tagħna."
© L-Unjoni Ewropea | Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tindirizza s-sessjoni plenarja fi Strażburgu
Is-16 ta' Ottubru jimmarka wkoll l-anniversarju ta' dieqa tal-qtil tal-għalliem Franċiż Samuel Paty.
Samuel Paty kien ċittadin Franċiż. Ewropew. Għalliem li ħadem biex jgħin isawwar il-ġenerazzjonijiet li jmiss. Kien il-personifikazzjoni tal-valuri u l-libertajiet Ewropej tagħna. Huwa kien l-ewwel ippersegwitat online qabel ma nqatel minn dawk li ppruvaw idgħajfu l-istil ta' ħajja tagħna.
Nagħtu ġieħ lill-memorja tiegħu u l-wirt tiegħu aħna u nżidu l-isforzi biex niġġieldu kontra dawk li jxerrdu l-mibegħda.