Il-Parlament Ewropew ser ikompli jaħdem bla heda biex jiżgura l-ħelsien ta’ dawk kollha li qed jinżammu fuq akkużi foloz 

 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ikkundannat l-arrest ta’ ċittadini Svediżi Johan Floderus u l-Professur Ahmadreza Djalali mir-reġim Iranjan.

Għeżież kollegi,

Il-ġimgħa l-oħra ċ-ċittadin Żvediż u uffiċjal tal-UE, Johan Floderus, għalaq sentejn miżmum illegalment f’detenzjoni fl-Iran. Din il-ġimgħa il-Professur Ahmadreza Djalali, ukoll ċittadin Żvediż, jagħlaq 8 snin il-ħabs, iċ-ċittadin tal-UE li ilu l-aktar miżmum fl-Iran.

Fl-okkażjoni ta’ dawn l-anniversarji ta’ niket, il-Parlament Ewropew għal darb’oħra jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-arrest tagħhom min-naħa tar-reġim Iranjan. Il-ġimgħa l-oħra, flimkien mal-Kummissarju Johansson, ipparteċipajt f’velja mal-għeżież ta’ Johan Floderus, li matulha tennejt l-appoġġ ta’ dan il-Parlament.

Se nkomplu naħdmu bla heda biex nassiguraw il-ħelsien ta’ sħabna Johan u Ahmadreza, u ta’ dawk kollha li qed jinżammu f’detenzjoni fuq kapijiet tal-akkuża vvintati.