Il-Parlament Ewropew żamm minuta silenzju biex ifakkar il-vittmi kollha tal-inċident traġiku fin-nofsinhar ta’ Spanja. F’isem il-Parlament, il-President Metsola bagħtet kondoljanzi profondi lill-familji tal-vittmi.
Ilbieraħ, in-niket tagħna kiber meta sirna nafu bil-ħabta ferrovjarja traġika li seħħet fin-Nofsinhar ta’ Spanja, li diġà ħasdet 39 ħajja u ħalliet lil bosta serjament midruba. Il-familji qegħdin f’luttu, nazzjon huwa maħsud u l-Ewropa kollha qiegħda tibki ma’ Spanja. F’isem dan il-Parlament, nesprimu l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tagħna u nieqfu ma’ dawk kollha kkonċernati f’turija ta’ solidarjetà. Flimkien niftakru f’dawk kollha li mietu, f’dawk kollha li ħajjithom tfarrket. Nitlobkom tingħaqdu miegħi f’mument ta’ silenzju.