Fil-bidu tas-Sessjoni Plenarja, il-Parlament Ewropew immarka l-31 anniversarju tal-ġenoċidju f’Srebrenica. Fid-diskors tagħha, il-President Metsola qalet li l-Parlament huwa impenjat għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.
Din il-ġimgħa nfakkru l-31 anniversarju tal-ġenoċidju ta’ Srebrenica. 31 sena ta’ telf, ta’ wġigħ, ta’ trawmi li qatt mhuma se jisparixxu. Illum dan il-Parlament ifakkar fl-eluf ta’ Musulmani Bożnijaċi li ġew assassinati jew għebu u fl-eluf li ġew imġiegħla jmorru f’eżilju. It-tifkira tagħhom għadha tgħix f’din il-Kamra. Naħtfu din l-okkażjoni biex intennu l-impenn tagħna favur il-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni fi Srebrenica u lil hinn.