Il-Parlament ifakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Solidarjetà mal-Belarus  

 

Il-Parlament ifakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Solidarjetà mal-Belarus  

Brussell  
 
 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja tal-lum, il-Parlament Ewropew fakkar il-Jum tal-Libertà tal-Belarus, bil-President Metsola ittenni l-appoġġ tagħha għall-Belarussi kollha li qed jiġġieldu għal pajjiż ħieles u demokratiku.

       

Illum infakkru l-Jum Internazzjonali ta’ Solidarjetà mal-Belarussja, magħruf bħala Jum il-Ħelsien. Bħal-lum fl-1918, il-Belarussja pproklamat l-indipendenza. Għal miljuni ta’ Belarussi, dan l-anniversarju sar simbolu qawwi ta’ reżistenza kontra dittatura oppressiva. Nieħdu din l-opportunità biex intennu l-appoġġ tagħna lill-Belarussi kollha li qed jiġġieldu għal pajjiż liberu u demokratiku.