Il-Parlament se jkompli jinsisti għall-paċi fl-Ukrajna  

 

Il-Parlament se jkompli jinsisti għall-paċi fl-Ukrajna  

Strasburgu  
 
 

Fil-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament Ewropew se jkompli jinsisti għall-paċi bbażata fuq il-prinċipju ta’ xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna.

       

Naf li ħafna minnkom se jkunu jridu jiddiskutu dwar dan is-suġġett matul din is-sessjoni, iżda xtaqt niftaħ din is-sessjoni plenarja billi ngħid li din il-Kamra ilha sa mill-bidu nett tappoġġja lill-poplu tal-Ukrajna, u għadha tappoġġjah illum.
 
Aħna fiduċjużi u grati rigward il-progress tajjeb li sar, bi spinta ġdida f’koordinament mal-Istati Uniti lejn il-paċi. Iżda fl-Ewropa nafu li din il-paċi jeħtiġilha tkun paċi reali: b’dinjità, b’ġustizzja u b’libertà. U, fuq kollox, trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju “Xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna”. Il-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali, u naf li se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħinu ħalli tinstab dik il-paċi tant diffiċli biex tinkiseb li dejjem fittixna.